L-edizzjoni ta’ għada l0Ħadd 22 ta’ Ottubru tas-sensiela “Bnedmin Aħna” se tiffoka fuq it-tema tal-ambjent.
Se nistaqsu x’importanza għandu għall-bniedem l-ambjent? F’pajjiż żgħir bħal tagħna fejn ir-riżorsi huma limitati ħafna l-ambjent x’importanza għandu?
Mistiedna fl-istudio l-idrologista u ambjentalista Marco Cremona u l-iżviluppatur u president tal-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti.
Se jkollna wkoll kollegament bit-telefon mal-Professur Simone Borg dwar it-tibdil fil-klima u kif din l-issue teffettwa lilna lkoll.
“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq RTK.